Artiklu interessanti mill-Arkivju tieghi
Il-Mument, 18 ta’ Gunju 1995
Oppozizzjoni tal-Mickey Mouse
Minn Peter Darmanin
Jikteb dwar l-istat ta’ faqar politiku li tinsab fih l-Oppozizzjoni Socjalista mmexxija minn Alfred Sant
Kieku kelli d-don tal-muzika, kieku kont nohrog diska u nsemmiha: Oppozizzjoni tal-Mickey Mouse. U nahseb li kont naghmel success kbir! L-akbar fan tieghi kienet tkun, bla dubju ta’ xejn, Maria l-Maws, tal-gazzetta, Kullhadd!
Illum huma hafna dawk li bhali jemmnu li l-Oppozizzjoni Socjalista jixirqilha t-titlu tal-Mickey Mouse.
U dan bir-ragun hafna. Ghax trid tkun veru tal-Mickey Mouse biex, sena wara l-ohra, f’dawn l-ahhar tmien snin ta’ Gvern Nazzjonalista, teqred kuljum kemm gholiet il-hajja, kemm hawn ghaks u guh, kif il-mara tad-dar ma tistax tlahhaq mal-hajja, tant li bilfors kellha tohrog tahdem, imbaghad fl-istess zmien tippjana biex tibni Centru Nazzjonali li jiswa aktar minn miljun lira Maltin, bil-gbir bieb bieb tal-partitarji “fqar” tieghek. Trid tkun veru Mickey Mouse.
Ma nemminx... izda konvint
Jien wiehed minn dawk li ma nemminx li ċ-Centru Nazzjonali tal-hgieg li bnew ftit metri ‘l boghod mid-Dar Centrali taghna, inbena minn flus tal-partitarji Socjalisti. Ma nemminx. Anzi konvint li dawk il-flus gew mill-providenza Socjalista. Min irid jifhem ha jifhem.
Veru tal-Mickey Mouse! Ighidu li l-poplu batut, il-poplu fqir, sar ghadma u gilda u fl-istess hin jiftahru li gabru u ghadhom jigbru eluf kbar ghas-Super One Radio, ghas-Super One Television, ghall-‘Fabbrika tal-Hgieg’ u dan mhux kollox.
Tant hawn faqar u guh li issa ddecidew li jibdew kampanja ohra biex jigbru eluf kbar ta’ liri ghall-Kampanja Elettorali. Tghid ma jridux nofs miljun iehor!
Oppozizzjoni tal-Mickey Mouse! Dan l-ahhar irrizenjaw zewg ex-Ministri Socjalisti. Zewg kolonni kbar. Zewg pilastri ta’ l-azzar. L-ex Ministru Moran kellu jirrizenja wara allegazzjonijiet serjissimi, li sal-lum ghadu ma sar xejn konkret min-naha ta’ Moran biex jivvendika ismu.
Rizenji ‘bomba’
L-ex Ministru Joe Brincat li sahansitra kien ghal zmien twil Deputat Mexxej tal-Partit, irrizenja wara li bir-ragun kollu hass li ma setax ikompli jkun umiljat mill-istess partit.
Wara dawn iz-zewg rizenji “bomba” jigi l-Kap Alfred Sant u minn fuq it-tron Socjalista jistqarr li l-Partit Socjalista ssahhah bir-rizenja taghhom! Issahhah ghax waqghu zewg pilastri! Issahhah ghax heles minn zewg ex Ministri! Veru tal-Mickey Mouse!
U la qed insemmi lil Joe Brincat, irrid infakkar lil Dr. Alfred Sant, il-mexxej li sar b’cikka, b’dak li kien kiteb l-istess Joe Brincat fil-harga ta’ It-Torca tal-Hadd, 20 ta’ Gunju, 1982 fl-artiklu: ‘Kastelli tar-ramel’. Joe Brincat kien kiteb hekk: “Min ikun fl-Oppozizzjoni u ma jkollux il-piz tal-gvern fuq spallejh iwieghed id-dinja u l-angli jizfnu fl-art”. Smajtha Fred! Din tinsieha qatt. Veru Oppozizzjoni tal-Mickey Mouse!
Inkomplu hbieb. Araw kemm huma veru tal-Mickey Mouse. Illum ghandna konferma mill-Unjoni Ewropea li jekk Malta tissieheb bhala membru shih fl-Unjoni, tibda tircievi ghotja ta’ 45 miljun lira Maltin fis-sena. Haqq 45 Centru Nazzjoni Laburista fis-sena!
Ras iebsa
Minkejja din il-konferma ta’ gelgul ta’ flus, l-Oppozizzjoni Socjalista qed tgiddeb lill-istess Unjoni Ewropea u tibqa’ ssostni li jkun aktar ahjar u ta’ gid jekk Malta ma tissehiebx fl-Unjoni. Jista’ xi hadd jifhem ir-ras iebsa ta’ l-Oppozizzjoni Socjalista? Trid tkun veru Oppozizzjoni tal-Mickey Mouse biex l-abjad tghidlu iswed u l-iswed tghid li hu abjad!
Hemm hafna u hafna affarijiet xi nghid biex nuri kemm ghandna Oppozizzjoni verament tal-Mickey Mouse, izda l-ispazju ma jippermettilix. Dan l-ahhar sirna nafu li z-zewg Deputati Mexxejja tal-Partit Socjalista, jigifieri Dr. George Vella u Dr. George Abela ma jaghmlux parti mill-veru leadership tal-Partit.
Dawk qeghdin hemm ghax hekk jghid l-Istatut taghhom Gimmick! Veru tal-Mickey Mouse. Il-veru leadership maghmul minn Alfred Sant, Evarist Barolo u Mario Vella.
X’ma tidhaqx Maria l-Maws!

No comments:
Post a Comment