Artiklu iehor mill-Arkivju tieghi.
Nota: Is-Sur Reno Calleja ghadu attiv hafna fil-Partit bil-Barka ta' Dr Joseph Muscat. Qed jinghad li se jerga johrog ghall-Elezzjoni Generali fuq talba ta' Dr Joseph Muscat. Xi whud mid-deputati ta' dak iz-zmien ghadhom fil-Partit u se jergghu johorgu ghall-Elezzjoni Generali li jmiss, fuq talba ta' Dr Joseph Muscat.
Il-Mument, Il-Hadd, 21 ta’ April 1996
Tkexkex ja poplu Malti
Minn Peter Darmanin
Ikompli jikteb dwar il-hdura u l-mibeghda. Dwar zmien is-Socjalisti ta’ Alfred Sant
“Ara ma jigix xi hadd u jghid li Reno Calleja tbiddel. Tbiddel sabih. Ghadu l-istess. Lest biex malli jahtaf il-poter f’idejh, ixerred fuqna n-Nazzjonalisti, l-imhabba kollha socjalista li ghandu f’qalbu.”
Hekk ktibt nhar il-Hadd li ghadda u mir-rispons qawwi li kelli jidher car li kulhadd jaqbel mieghi. Hemm bzonn kbir u urgenti li z-zghazagh jifhmu minn xiex ghadda pajjizna taht il-hakma Socjalista, halli bil-vot taghhom ma jaghtux il-poter f’idejn is-Socjalisti.
Nhar il-Hadd ikkwotajt mid-diskors infami li kien ghamel fil-Parlament, l-Onor Reno Calleja, fil-konfront ta’ Pietru Pawl Busuttil – vittma hajja ta’ frame-up mill-aktar oxxen.
F’dak id-diskors bla qalb, Reno Calleja kien sahansitra wasal biex talab informalment biex l-isptar, fejn kien qieghed jigi rikoverat Pietru Pawl Busuttil, jinbidel f’Qorti tal-magistrati: “U jien (Reno Calleja) nappella lil min hu responsabbli biex jekk ikun hemm il-bzonn, l-isptar indawruh f’Qorti, il-Pulizija u l-Magistrati ghandhom imorru l-isptar. Ghandha ssir din u mhux noqoghdu nistennew.”
Ha nkompli nikkwota minn dak id-diskors bla qalb biex taraw il-kobor ta’ l-imhabba li ghandu Reno Calleja lejna n-Nazzjonalisti. Int u taqra, ftakar dejjem li l-Qorti kienet qatghetha li Pietru Pawl Busuttil kien vittma ta’ frame-up mill-aktar oxxen, li facilment seta’ swietlu hajtu.
“... nghidilkom sinjuri zghazagh, li thallu lill-PN jinqeda bikom, li qed tippruvaw, mil-lum, tinfluwenzaw lill-gurati li ghada jistghu jiggudikaw lil dan il-bniedem? X’gustizzja? Nistaqsi lit-Times of Malta, li nhar il-Hadd immuntat kampanja moqzieza kontra l-Pulizija u kontra l-Gvern. Kellhom l-editorjal, il-Catholic Outlook u Roamer’s Column u x’kien hemm izjed? Kien hemm kolonna ohra, kontinwament ibellghu. U qalu: Issa, hawn xi hadd iehor li qed jiskolpi lil Pietru Busuttil, hawn missier il-mejjet (Raymond Caruana).”
Reno Calleja kompla b’aktar mod vili: “Ara missier il-mejjet, miskin, minghajr ma jkollu l-fatti f’idejh, minghajr ma jkun jaf, bniedem ghadu tant mugugh bil-mewt ta’ ibnu, jghid x’qabbduh! Ghax dawn oxxeni, bhalma kienu oxxeni meta lil ibnu qalbuh u dehru r-ritratti bid-demm hiereg minn halqu. Dawn oxxeni, kollox jaghmlu biex lill-partit taghna jhammguh.”
Illum nafu min kien u min kienu l-oxxeni, Sur Calleja! Araw kif kompla: “U jien nghid, f’gieh il-gustizzja, f’gieh il-gustizzja, jekk ghandna nehilsuh dan il-kaz, nehilsuh, ghaliex aktar ma se ndumu aktar se jaghmlu lil dan Pietru Busuttil martri.” Donnu ried jehles minnu tafux!
Wara ghadda biex jattakka l-qrati, kif kienet il-moda Socjalista dak iz-zmien, b’dan il-mod baxx: “... qed nghid li jekk se nkomplu sejrin b’din il-manjiera, b’din is-sistema f’dan il-pajjiz, jekk se nkomplu b’dan l-istage management, b’hafna magistrati juru f’ghajnejn il-poplu li huma puppets on a string, hafna mill-poplu jista’ jibda jahseb illi hemm xi collusion bejn il-magistrati u xi hadd li ghandu interess li l-gustizzja f’dan il-pajjiz ma ssehhx.”
Reno Calleja ghalaq dak id-diskors ta’ misthija, bil-kortesija tal-Privilegg Parlamentari, b’dan il-mod: “Veru li l-lum kelli nitkellem hekk qawwi u fuq haga hekk serja fl-ahhar tas-sena imma dan ghamiltu ghax inhoss, nerga’ nghid, li fl-interess tal-gustizzja u tal-verita’, m’ghandniex inhallu partit politiku jinqeda bi qtil fahxi bhal dan, biex flok issir gustizzja, issir ingustizzja. Nirringrazzjak, Mr. Speaker.”
“(Onor. Membri: Hear, hear)”
Mela, skond id-debates tas-Seduta tal-Parlament tat-30 ta’ Dicembru, 1986, shabu s-Socjalisti, mimlija mhabba f’qalbhom ghal Pietru Pawl Busuttil, approvaw dak id-diskors moqziez u fahxi ta’ sehibhom fl-ideal Socjalista, is-Sur Reno Calleja – “Hear, hear.”
Sal-lum, Reno Calleja, safejn naf jien, qatt ma talab skuza lil Pietru Pawl Busuttil u lill-Partit Nazzjonalista ghal dak il-kliem ingurjuz li kien qal fuqhom fil-Parlament.
Dawk kienu zminijiet mill-aktar koroh ghal pajjizna. Zminijiet mill-aktar difficli. Biex iz-zghazagh ta’ llum ikunu jafu kemm kienu zminijiet koroh, ha nikkwota xi haga mill-editorjal tal-Lehen is-Sewwa ta’ dak iz-zmien, jigifieri s-Sibt, 21 ta’ Frar, 1987:
“Ma’ dawn il-kawzi ta’ min wiehed izid il-fatt doloruz illi, l-aktar matul dawn l-ahhar snin, it-tfal u z-zghazagh qeghdin jigu mtellgha f’ambjent u f’atmosfera ta’ intolleranza, ta’ mibeghda u ta’ vjolenza. Ukoll fl-aktar istituzzjonijiet gholja tal-pajjiz (il-Parlament) tisma’ kontinwament kliem ta’ taghjir, ta’ theddid u xi drabi sahansitra ta’ vjolenza fizika li twaqqa’ tant fil-baxx lil dawk li jiddelettaw bihom u jhammgu l-isem u l-gieh ta’ Malta quddiem il-barranin. Min hu fid-dmir li jaghti lic-cittadin Malti ezempju tajjeb bi kliemu u b’ghemilu, mhux dejjem jista’ jiftahar li qed jaghmel dmiru u jzomm giehu u gieh pajjizu.
“Bhalma ma seghetx ma tixxukkjax bl-ikrah lill-Maltin kollha li jemmnu bis-sincerita’ fil-paci u fil-progress id-dikjarazzjoni pubblika li ghamel f’dawn il-granet il-Kap tal-Gvern Socjalista Malti, (Karmenu Mifsud Bonnici), li hu responsabbli ghall-bon ordni u ghall-Pulizija: illi f’kaz ta’ bzonn jistghu jirrikorru ghall-ksur tal-ligi meta dan ikun fl-interess tal-klassi tal-haddiem!”
Dawk kienu zminijiet tal-misthija. Zminijiet li Malta zgur qatt ma tista’ taffordja li terga’ tghaddi minnhom. Il-periklu hemm qieghed. Ghax is-Socjalisti ghadhom l-istess nies. Ma tbiddlux. Ghatxana ghall-poter. Ghall-vendikazzjonijiet. Ghat-tpattija. Ghad-demm. Naf x’qed nghid. Meta jasal il-mument nippubblika nota anonima mibghuta lili minn haddiem tat-tarzna. Nota kollha theddid u hdura. Nota iffirmata: Viva l-Imnarja.
Tkexkex ja poplu Malti.
Trid terga tghix taht is-Socjalisti?


No comments:
Post a Comment