Saturday, October 22, 2011

Talba lill-Gesu l-Habib Taghna


Talba lill-Gesu l-Habib Taghna



Twajjeb Gesu, minkejja li ahna tant nonqsuk, inti trid tkun l-akbar habib taghna. L-akbar habib ghax kull ma smajt minghand Missierek gharraftulna. Veru habib ghax tajtna prova ta’ l-akbar imhabba meta ridt taghti hajtek ghalina fuq is-salib.

Ma hadtx ghalik meta ghajruk habib tal-pubblikani u l-midinbin, ghax kont tassew. Bkejt meta miet Lazzru, huhom u l-habib tieghek.

Habib Gesu, ghax hbieb tieghek, ahna nersqu lejk b’kuragg u fiducja; nafu li int jimpurtak mill-gid taghna, mill-problemi taghna, minn niket taghna, mill-ferh taghna, mill-mard taghna. Inhallu f’idejk dak li inti tista taghmel ghalina, il-hbieb ckejknin tieghek.

Ghandna fiducja shiha fik.

Habib Gesu, ghax ahna l-hbieb tieghek, inti tridna nkunu hbieb ta’ xulxin.

Ghallimna u ghinna nharsu l-kmandament sabih li tajtna, li nhobbu lil xulxin bhalma habbejtna int. Amen.

No comments:

Post a Comment